Gens i
l-MaltiTrid taf mnejn gejja l-hila fix-xoghol 'l iebes
mnejn gejja l-gibda lejn allat pajjizek
u mhabbet darek?
Kollox minn gensek: gens li jaf elf grajja,
u kien ewlieni fost il-gnus bikrin,
gens illi bennen gherf u gieh l-Ewropa
fis-snin minsija.
Hares ma' dwarek, zur imqaddes Malta,
ifli t-tnaqqixa fuq il-Hagar Kbir,
staghgeb bi gmiehom, isma' lill-barrani
ighid li mkien bhalhom;
inzel go l-oqbra li hallew fil-qedem,
fittex l-ghamara tal-mejtin midfuna
tghallem ghamilha u ssib li llum hadd bhalha
ma jaf ifassal.
U jekk trid tkun taf min kellu dal-gherf kollu
u min dil-hajra kellu ghas-Sabih,
min gharaf jibni dak li z-Zmien ma waqqa'
f' tas-snin il-harba,
ha nghidlek jien min, ghax bzonn titghallem
ghandek bil-bosta, halli tqajjem rixek:
dan xogh'l il-Malti, fl-ibghad snin mitlufa,
fi Zmien il-Hagar.
Ghax il-gens tieghek dejjem gens ta' hila'
gens ihobb Dinu, mohhu biss fix-xogh'l
b'heffa jitghallem, jirkeb lill-barrani,
gens qatt irsir.
Hija, go qalbek ghozzha dit-taghlima:
li n-nies Maltija gens mill-ewwelnett,
u qatt ma tista' ggerragh rix haddiehor
ghax ghandna taghna.
Rosar Briffa (1925)