APPELL rokna ta' promozzjoni artistika minn ghajn lajka.
*F'Malta, l-Arti, fid-diversi ucuh taghha qed tigi moghtija kaz, specjalment minn zghazagh li fortunatament, gew murija is-sbuhija mmensa li taghmel parti mill-bniedem. Dan l-appell jikkoncerna aspett li ma tantx ghadu gie uzat f' Malta bhala mod ta' espressjoni differenti : ic-CINEMA. L-isforzi solitarji ta' xi studenti u ftit nies ohra forsi mhux bizzejjed. Nahdmu flimkien...

*Il-lingwa Maltija, qed jghidu li qed tmut, u ntihom ragun. Ghandna evidenza taghha sa mis-seklu hmistax, izda dejjem baqghet, sa certu punt, il-lingwa tal-kcina. Barra mill-izvantagg li l-Malti ma jiftehimx mill-barranin, ghandna kumpless inferjuri lejhom. Il-Malti hu wild il-barranin kollha u ghalhekk hu sinjur hafna. Dan ghaliex neologizmi godda facilment jintuzaw bil-Malti. Jien naqbel li l-lingwa taghna ghandha taccetta kliem godda barranin kif ukoll insawwru kliem godda ahna minn din il-linwa sinjura. Naghtu kaz fomm il-poplu...

*Kemm hi apprezata l-forma poetika f'Malta? Nixhet parti mill-htija fuq l-edukazzjoni taghna li tefghet harsa tedjanti fuq din il-forma ta' arti li kultant vera mhix popolari fil-kliem li jintuza izda hi universali fil-messagg taghha. Hemm bzonn ta' interpreti...

*Nixtieq nissuggerixxi l-idea li ssir ghaqda bejn is-sites kollha li jezistu bil-Malti. Nistghu b'hekk noholqu xi haga aktar konkreta flimkien favur l-ilsien taghna. Min jaqbel jibaghtli email.

*Kulhadd jghaddi minn perijodu ta' formazzjoni, li ghalkemm meta kkomparat ma' l-arti stabbilita jidher medjokri, dan ikun qed ihejji l-palk ghall-futur. Hemm bzonn li kull pajjiz u kull individwu, jinkuraggixxi u jissapportja inizjattivi artistici minn zghazagh li jridu jitkellmu bil-lingwa taghhom imcappsa bil-halib.

*F'Malta, ghad m'hawnx il-kultura artistika li tattakka l-istat jew lil elit. Ghad ghadu jrid jitwieled Dario Fo Malti. L-arti qed hemm biex suppost taghti vuci lil dawk li anqas il-parlamentari f'demokrazija ma jaghtu kaz. L-artisti f'Malta huma hafna drabi parti mil-borgezija u difficli ghalhekk li jifhmu lil haddiem. Kif jghid Gramsci u hafna xellugin ohra, hemm bzonn ta' aktar 'intellettwali' u artisti mill-klassi tal-haddiema.

*Din il-pagna tixtieq taghti gieh lil dawk l-artisti u akkademici (bhal Guze Aquilina fost ohrajn) li hallewna din is-sena. Grazzi tal-kontibut taghkom lejn il-kultura Maltija. Itolbu ghaalina u l-kultura li qed nipproducu...

Ahbarijiet Letterarji

ta' Bernard Cauchi u Sergio Grech

Premju Letterarju 1997

Issemmew b'tifhir: Charles Bezzina (Bahar Solitarju)

u Bernard Micallef (Studju dwar Achille Mizzi)

Premju ghal xoghol xjentifiku / teknika:

Profs Oliver Friggieri

It-tielet post: Lino Spiteri (Qasab fis-Sajf)

It-tieni post: Trevor Zahra (Lubien)

L-ewwel Post: Alfred Palma (Seba' traduzzjonijiet Xejksperjani)

Prosit lil Alfred ta' dan il-premju misthoqq ghal-xoghol twil. Dehrilna li d-Dizzjunarju tat-Termini Letterarji jinghata gieh akbar...

Gieh tar-Repubblika

Id-drammaturgu Guze Diacono u l-kittieb Kelinu Vella Haber inghataw il-gieh tal-Midalja ta' l-Ordni tal-Mertu(M.O.M.) f'Jum ir-Repubblika.

Kotba Godda

L-ahhar Rimi - Victor Fenech (PIN)

Bonaparti f'Malta - Frans Sammut (SKS)

Stejjer ghal-Valentina - Lino Spiteri (PEG)

Ihirsa fil-mera(trittiku) - Aleks Farrugia - nawguraw lil Aleks ghal maturita' artistika tieghu, kif juri f'dan il-ktieb. Bhal Aleks nappellaw ghal aktar sponsorships ghal affarijiet aktar bis-sens bhal dawn

Antonio Sciortino - Claude Busuttil

Sir Ugo Mifsud - J. Callejja

Il-Madonna fil-poezija Ewropea - N. Cauchi

The Brut Story - Carmelo Cassar

The Trial of the Inquisitor - P. Alessandru Bonnici

Mitt Hajku - Joe Friggieri

Misteru Buffu - Dario Fo (maqlub ghal-Malti minn Guzeppi Schembri)

Spirali - antologija ta' xoghlijiet tal-membri tal-Ghaqda Letterarja Maltija

F'Hal Buzbiez ma' Mastru Gerfex - C.G.Cauchi (letteratura ghat-tfal, Disinji ta' Frank Schembri)

Mill- Ghaqdiet...

Nhar it-12 ta' Dicembru 1997, l-Ghaqda Letterarja Maltija tellghet lejla ta' premjazzjoni tal-konkors tal-poeziji 1997. B'kollox hadu sehem 135 partecipant. Il-gurija kienet maghmula mill-Professur Peter Serracino Inglott, Achille Mizzi u Charles Flores. Il-gurija deherilha li m'ghandiex taghti l-ewwel premju. It-tieni premju ntrebah minn Ernest Vella bil-poezija Fertilita' waqt li t-tielet premju nqasam bejn Charles Bezzina u Alfred Degabriele.

L-Ghaqda Poeti Maltin harget ir-rivista Versi.

Mill-media...

Mill-Gnejna Maltija - programm letterarju mhejji mill- Gh.L.M. Dan jinstema fuq Radju Malta 1, kull nhar ta' Gimgha fid-10.15pm. Prezentazzjoni u produzzjoni ta' Sergio Grech

Kritika nteressanti ta' Sergio Grech fuq il-ktieb FREKWENZI TA' SPIRTI FIS-SAKRA ixxandret mil-gurnal in-Nazzjon nhar it-Tlieta 16 ta' Dicembru 1997

Dawn l-ahbarijiet gew l-ahhar aggornati nhar it-18 ta' Dicembru

Ghal aktar informazzjoni tistghu tikkonsultaw Kalendarju Kulturali

<<LURA GHALL-MANIFEST

1