F'din il-harga qed naghtu harsa lejn il-prodotti ta' l-ikel illi jinsabu ghall-bejgh mill-Arka. Il-kwistjoni ta' l-ikel hija "issue" krucjali fil-qasam tal-kummerc gust. Dan ghaliex f'dan il- kamp jezistu ingustizzji kbar fil-konfront ta'produtturi zghar fil-pajjizi tat-Tielet Dinja. Dawn hafna drabi jithallsu prezz mizeru ghall-prodotti li jkunu kabbru b'tant tbatija. Fil-fatt, hafna drabi, huma kumpanniji kbar multinazzjonali mill-pajjizi s-sinjuri illi jiddeterminaw il- prezz ta'dawn il-prodotti ghas-skapitu tad-dritt ta' dawn produtturi illi jinghataw prezz xieraq ghal xogholhom. Il-prodotti illi nbieghu fil-hanut taghna u illi qed niprezentaw f'din il-harga, joffru alternattiva ta' tama lil dawn il-produtturi. Fil-fatt, dawn il-produtturi huma kollha assigurati prezz gust ghall-prodott taghhom. B'dan il-mod il-kummerc gust qed jahdem sabiex titjieb il-kwalita' tal-hajja ta' dawn il-produtturi u l-familji taghhom min-naha t'isfel tad-dinja. Apparti minn hekk il-prodotti illi qed noffru fil-hanut taghna tkabbru b'metodi illi jirrispettaw bi shih l-ambjent.
Kafe
L-Altromercato Caffe hu maghmul minn tahlita ta’ kafe’ tat-tip "Arabica Robusta" min- Nikaragwa,
il-Gwatemala, l-Uganda, il-Kongo u t-Tanzanija. Dan il-kafe’ ta’ l-iprem kwalita’ ghandu
t-timbru tat-Transfair - assocjazzjoni internazzjonali li tippromwovi l-kummerc gust billi
tixtri direttament minghand il-produtturi z-zghar tan-naha t’isfel tad-dinja.
Transfair tara li:
1) l-prezzijiet ikunu xierqa, anki fi zminijiet difficli;
2) l-hlas isir bil-quddiem;
3) l-kuntratti ta’ xiri jkunu fit-tul.
Gallettini
Prodott iehor bit-timbru tat-Transfair li nsibu fil-hanut huwa l-gallettini "Biscotti al Miele"
u "Biscotti al Cacao". L-ingredjenti ewlenini ta’ dawn il-gallettini gejjin mill-Afrika,
mill-Amerika Latina u mill-Asja.
Ghasel
L-ghasel li jinbiegh mill-hanut huwa tat-tip Valdivja mic-Cili. Dan l-ghasel mhuwiex pasturizzat
jew raffinat. B’dan il-mod fih l-ingredjenti naturali kollha tighu. Bil-prezz gust imhallas
lill-produturi, in-nies jiffinanzjaw servizzi sanitarji u materjal edukattiv ghat-tfal
mid-djocesi ta’ Valdivja fic-Cili. Fundesvla, il-fondazzjoni tad-djocesi li tghin fl-izvilupp
rurali tesporta l-ghasel; biex iggib ‘il quddiem l-izvilupp socjali u kulturali ta’ l-ifqar
settur tal-popolazzjoni.
Te’
Il-Katiyo Tea Farm taz-Zimbabwe tipproduci te iswed ta’ l-ifjen kwalita’. Din il-kumpannija
twaqqfet fil-bidu tas-sebghinijiet wara ftehim bejn gruppi ta’ bdiewa u intrapriza agrikola
tal-gvern taz-Zimbabwe jisimha Arda. L-ghelieqi li fihom jitkabbar dan it-te jinsabu fuq
l-gholjiet li hemm hdejn Mutare fir-regjun ta’ Katiyo, qrib il-Mozambik. Il-kumpannija ghandha
wkoll skola, klinika u ghadd ta’ hwienet.
Nofs l-1500 ruh li jahdmu fil-produzzjoni tat-te huma nisa. In-nisa jahdmu l-aktar fi zmien
il-hsad u fil-fabbriki, waqt li l-irgiel jiehdu hsieb l-ghelieqi u jghinu lin-nisa fi zmien
il-hsad. Il-kartun u l-boroz tal-karti minghajr blic li jintuzaw fil-produzzjoni tat-te
jittiehdu minn materjal riciklat u jinxtraw minn hemmhekk stess. Il-boroz tat-te jinhadmu bl-id.
L-intrapriza Arda tiggarantixxi li l-haddiema kollha, kemm dawk permamneti kif ukoll dawk
temporanji, jircievu mill-inqas paga minima. Ghaldaqstant, id-dhul taghhom huwa assigurat.
Barra minn hekk, l-impjegati tal-Katiyo Tea Farm jinghataw dar u l-edukazzjoni u l-assisetnza
medika huma b’xejn.
Marmalades
Il-karkade’, jew kif inhi maghrufa ahjar, il-hibiskus, hija pjanata li tikber fi nhawi
differenti tal-kontinent Afrikan. Mill-fjuri taghha jaghmlu xorb u marmalades. Mill-progett ta’
l-irrigazzjoni ta’ Ng’uuru Gakirwe, ic=CTM timporta fjuri tal-karakde’ sew imnixxfin u sew
mahdumin li minnhom jaghmlu xarba ta’ lewn ahmar b’toghma tajba li tinxtorob kemm kiesha kif
ukoll shuna.
Il-progett tat-tisqija ta’ Ng’uuru Gakirwe bdewh grupp zghir ta’ bdiewa li jghixu fin-naha
t’isfel tal-muntanja Kenja li ridu jipprovdu l-ilma ghad-djar u r-raba’ tar-regjun taghhom.
Il-progett intlaqa’ tajjeb hafna u maz-zmien sar wiehed mill-elementi ewlenin fl-izvilupp
socjali tal-komunita’. L-impjant tat-tisqija jilhaq zewg ghanijiet: jillimita l-effetti
tan-nixfiet li kull tant zmien jolqtu lir-regjun u jipprovdu l-ilma ghat-tkabbir ta’ pjanti
li jehtiegu hafna ilma. Dawn il-pjanti jesportawhom u l-flus li jdahhlu minnhom jonfquhom fuq
l-impjant tat-tisqija. It-tkabbir tal-hibiskus u l-progett tat-tisqija jimxu id f’id: parti
mill-qligh li jsir mill-bejgh tal-karkade’ lill-organizazzjoni tal-kummerc gust tintuza biex
tiffinanzja l-progett ta’ l-irrigazzjoni, progett li minghajru ma jkunux jistghu jitkabbru
prodotti ghall-esportazzjoni.
Ahbarijiet mid-dinja ta' l-Arka
Il-hanut l-Arka se jaghlaq sentejn f'Ottubru. Biex niccelebraw dan l-avveniment se naghmlu festin fejn qed nistiednu lilkom Hbieb ta' l-Arka sabiex taqsmu din il-gurnata importanti flimkien maghna. Dan se jsir il-Gimgha 8 ta' Ottubru, 1999 fis-7.00p.m. f'Dar Sarrija, (tal-Gizwiti), il-Furjana. Narawkom....
Stock gdid
Bhalissa fil-hanut waslilna stock iehor fejn ghandna numru ta' proodtti godda. Waslulna ukoll
ghadd ta' CDs godda fosthom muzika Aborgina, Tango, Percussion u Irish Folk. Ejjew, araw u
isimghu....
Presepji
Infakkru lil dawk kollha li jhobbu l-presepji jew jixtiequ jaghtu presepju bhala rigal tal-Milied
illi din is-sena se jkollna ghazla ikbar minn tas-sena l-ohra. Dawn se jkunu ghall-bejgh minn
Novembru. Ahsbu kmieni biex ma jiddispjacikomx!!!
Mobile Stand
Bhalisa qed niehdu hsieb li nwasslu l-prodotti gusti lil dawk kollha li jsibuha difficlu li
jaslu sal-hanut taghna l-Arka, il-Belt. Ghalhekk twaqqfet "mobilestand" bil-hsieb li nkunu
nistghu niehud sehem f'fieri u nduru fil-parrocci b'aktar organizazzjoni u efficjenza.
Ta' l-Ibrag
Ghall-weekend tal-Gurnata Missjunara gejna mistiedna mill-parrocca ta' l-Ibragg biex nispjegaw
xi jifisser kummerc gust. Se niehdu l-okkazjoni biex nbigehu prodotti gusti minn quddiem il-knisja.
Bieb il-belt
Hemm il-hsieb ukoll illi f'zewg Sibtijeit f'Dicembru naramw il-"mobile stand" f'Bieb il-belt.
Jekk hemm min jithajjar jaghti daqqa t'id ghandu icempel il-hanut. (Tel 244865). Dettalji ohra
jinghataw iktar tard.
Ifat
Bi pjacir nhabbru illi l-Koperattiva Kummerc Gust giet accettata bhala membru ta' l-Ifat (Internation
Federation for Alternative Trade. Dan huwa pass importanti ghall-Koperattiva taghna ghaliex ikabbar
il-kuntatti li nistghu naghmlu ma'koperattivi u ghaqdiet ohra madwar id-dinja illi qed jaghdmu
fil-qasam tal-kummerc gust.
Johnny Aquilina
Fl-ahharnett ikollna naghlqu b'ahbar kerha. Fil-5 ta'Awissu nhsaddna bl-ahbar tal-mewt ta'
Johnny Aquilina, habib ta' l-Arka u membru antik u attiv tal-Grupp ghat-Tielet Dinja. Minn dawn
il-pagni nixtiequ nsellmu lill-memorjji sbieh illi hallielna il-habib taghna Johnny u nwasslu
l-kondoljanzi taghna lill-familja tieghu.